Presepju fil-Mahzen

IL-MAHZEN TAL-FESTA, dak ta' hdejn is-sala tal-Kappillan, rega laqa' fih presepju iehor.

Din id-darba mhuwiex presepju haj, bhal ma sar fl-2005 u fl-2006, izda wiehed differenti ghal kollox, xena artistika tat-twelid tal-Bambin armata permezz ta' xkejjer, polystyrene, fibre, pjanti artificjali, kif ukoll mekkanizmu zghir.

Nghid il-verita, ma stennejtx li se jkun sabih daqshekk. Pero jidher li l-hin twil li qattghu shabna tal-kazin, halla rizultat konvincenti.

Id-drapp kbir li jifred il-presepju mill-bieb ta' barra inissel fik certa kurzita' biex tara x'hemm hemm gew. Zewg dahliet - ghad-dhul u l-hrug jghaqqdu flimkien gewwa ma barra.

Kif issib il-presepju quddiemek, thossok mort elfejn sena lura fiz-zmien. Il-muzika angelika tal-orkestra u l-vucijiet, tkompli zzid fl-atomosfera. Ghajnejk ifittxu l-grotta l-kbira, fejn hemm in-Nattivita'. Il-Madonna, bhala Omm Alla, b'velu abjad jghatti lilha u lit-tarbija fil-maxtura. Missierna San Guzepp hu msieheb maghhom flimkien ma' Angli. Dawn shabna rnexxielhom jaghmlu din il-parti bhala l-ewlenija fost l-ohrajn.

Ir-rghajja nsibuhom fil-widien, fit-tlajja, fl-gherien, resqin bil-mod il-mod lejn l-gharix b'xi rigali ghall-Bambin. Hemm tnejn minnhom donnhom bla interess. In-naghag mhux kollha l-istess - min ifittex x'jiekol, ohrajn mistrihin jew mitlufa fin-nghas.

Ix-xenarju gewwieni juri s-swar u l-belt ta' Beltehem, bil-bini ta' l-epoka kif ukoll wesghat ta' wita. Wied zghir ta' ilma gieri jibqa niezel sewwa sew mill-blat tal-Belt sal-qiegh, fejn iservi ta' ghajn ghall-annimali biex jaqtghu l-ghatx.

Ghalkemm il-lejl hu fl-aqwa tieghu ix-xoghol donnu ma waqafx ghal kulhadd - il-mithna ghadha ddur bil-mod il-mod. Ftit 'il fuq, is-smewwiet hu mimli bi shab bajdani, kif ukoll b'angli jhabbru l-bxara t-tajba. Ghal xi ghasafar, did-darba m'hemmx is-sikta li ggieghlhom imorru fil-bejta, izda qaghdu jpassu flimkien dawra tond.

Haqqhom prosit Ivan Cauchi, Josef Zammit, Brian Grech u Ian Ciantar, li flimkien ma' Josef u missieru Joe Vella, Sandra Grech, Lawrence Zammit u ohrajn hadmu qatigh biex tawna din il-wirja sabiha.

Morru arawha u gibu lil haddiehor maghkom ukoll.

1 Kumment(i):

Brian said...

proset lil jonathan cini ta dawn il-kelmtejn sbih dwar il-presepju min ghandi nejdlek grazzi ta' lapprezament brian grech