Il-Kuncert

FL-OKKAZJONI ta' Jum il-Kalkara, l-10 ta' Dicembru, il-Kunsill jorganizza diversi attivitajiet. Tajjeb. Fosthom, ghal dawn l-ahhar snin kien isir marc bejn iz-zewg baned tal-lokal. Biss waqt il-marc, l-attendenza tan-nies dejjem dizastru. Dik hi l-kelma.

Ghalhekk, kien pass ghaqli min-naha ta' kulhadd biex minflok jibda jsir kuncert gewwa sala mill-baned taghna, sena wahda; sena ohra. Bdiet minn din is-sena l-banda Sagra Familja. Dan il-kuncert sar fis-sala ta' l-iskola. Il-post huwa xieraq hafna.

Mario Attard ha hsieb li jkun hemm banda armata, b'solisti tajbin ukoll. Ipprezentaw Lawrence Farrugia u Charlene Cohen. Qatghu figura tajba.

Il-kuncert beda b'nota storika. Sa fejn naf jien, kemm ilhom jezistu l-baned Kalkarizi, is-Surmast ta' banda qatt ma idderiega lill-banda l-ohra wehidha. Dan sehh did-darba, mis-Surmast taghna Jonathan Abela fid-daqq ta' l-innu Gieh lill-Kalkara. L-applaws xeraqlek Mast.

Il-programm kellu muzika varjata tassew u kien hemm solo kwazi f'kull silta. Il-banda esegwiet din il-muzika: Marcia Slava, I Puritani, Puccini in Concert, Granada, Czardas, Bride of the Waves, Il Silenzio, Spanish Trumpet, Gladiator, u Amazing Grace. Biss nahseb li l-iktar silta muzikali li l-banda bbrillat fiha u qalghet l-iktar capcip kienet I Will Follow Him, silta popolari mill-film Sister Act b' Whoopi Goldberg bhala l-attrici principali.

Is-Surmast Ugo Buhagiar ta' prestazzjoni tajba wkoll, u hataf l-okkazjoni biex f' battuti movimentati ikun impekkabli.

Fil-parti ta' l-eghluq indaqqu l-innu tal-banda Sagra Familja u l-Innu Malti. Ippreferejt kieku ndaqq l-innu marc A Sacra Famiglia ta' Lorenzo Gonzi, minflok il-marc kompozizzjoni ta' Ugo Buhagiar. Min fehemni jaf ghaliex. Li kien ghalija dak l-innu dejjem kellu jkun l-innu ta' din il-banda. Hemm hafna ragunijiet fuq hekk.

Is-souvenir programme kellu taghrif tajjeb hafna fuq il-kompozituri u s-siltiet kollha. Biss kellu l-arma tal-banda nieqsa. Din l-arma thalliet barra meta il-programm sar bil-kollaborazzjoni ta' iktar min-naha wahda.

Il-widna tpaxxiet daqskemm iz-zaqq imtliet, nahseb. L-ikel li tqassam fl-intervall donnu ma tantx dam fuq it-trays. Dak il-hin nara persuna jew tnejn, biex ma nghidx iktar, qeghdin fis-seba' sema jiffangaw fl-apetizers u l-inbid, wara li fis-sala qattghu l-isbah siegha joghrku zaqqhom u jiccekkjaw l-arlogg.

Skuzawni, imma ma dawn it-talin, hajta f'ilsieni m'ghandix!

Kollox ma' kollox, l-organizzazzjoni kienet mhux hazin meta tqis li dan ghadu l-bidu. Prosit tassew lil kull min ta sehmu jew ghen mil-ahjar li seta.

Grazzi lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara.

No comments: