Insellimlek

WASALNA fl-ahhar jiem ta' din is-sena - 2008.

Ghal hafna nies, dawn il-granet iservu bhala riflessjoni ta' dak kollu li jghaddu minnu tul l-ahhar 12-il xahar. Ghalija xejn inqas minnhom.

Ghal min ghandu l-Ghaqda Muzikali San Guzepp tal-Kalkara ghal qalbu hafna u mohhu fiha l-hin kollu, certament ma jistax ma jiftakarx f'dak kollu li ghaddejna minnu.

Ma nixtieqx inhalli s-sena l-gdida tibda minghajr ma naqsam mieghek 3 punti zghar fuq x'ghaddejt minnu dis-sena, u xi hsibijiet li se jiguni f'mohhi jiena u nikteb.

BIDLA

Ghal kemm kont jiena s-Segretarju li flimkien ma ohrajn wassalna l-Ghaqda fil-bidu tas-sena, ma tantx domt wisq. L-impenji personali jgeghluk taghmel dak li ma tridx. Kelli nirrizenja fil-bidu ta' Jannar, u b'hekk infethet it-triq biex f'April tlaqqghet laqgha importanti fejn saru bidliet fit-tmexxija tal-kazin.

Nistqarr li s-sentejn tieghi bhala Segretarju servewni ta' esperjenza tajba. Hdimt ma' nies kapaci fit-tmexxija. Hdimt ma' min ried jahdem u ohrajn li trid timbuttahom biex ituk siegha xoghol. Ma hdimtx ma min ghamlilna l-hsara.

FINANZI

Il-flus idur kollox maghhom. F'dawn is-sentejn kien ippublikat, jigifieri tqassam bieb bieb, rendikont tal-flus li ngabru u ntefqu fil-festa taghna. Din ghandha taghti sodisfazzjon lill-partitarji kollha.

Jista jinghad li l-Ghaqda Muzikali San Guzepp hija l-unika ghaqda fil-Kalkara li bl-iktar mod trasparenti ghandha l-karti mikxufin ma' dawk li jdahhlu jdejhom fil-but ghall-banda, n-nar, armar, lotterija l'hemm u ohra l'hawn, u iktar. Hemm hafna iktar x'isir, biss f'dawn l-affarijiet jiena ghandi fiducja f'min ghandu l-awtorita'. Jalla ghaqdiet ohra, ta' l-anqas is-socjeta muzikali l-ohra, jikkopjaw dan il-pass ghaqli u ndahhlu l-fiducja f'xulxin.

Jiena cert li meta taghraf tkun kredibbli fil-kontijiet, allura ghandek tghid li zgur se jkollna festa tajba s-sena d-diehla, u zmerc ma tmurx.

FESTA

Il-festa xi ftit differenti. Isiru kemm isiru sforzi, il-kazin 'tal-Malta' donnu ghandu kalamita mwahhla mieghu li taghmlu dak il-partit tal-festa li lejh jigbed il-maggoranza tan-nies. L-2008 bla eccezzjoni. Kellna gimgha tajba u ma nqaghlux intoppi kbar. Is-Sibt waqt il-marc bil-Malta kien hemm hafna iktar nies fil-pjazza mis-sena ta' qabel.

F'Jum il-Festa, urejna fejnhom il-Guzeppini Maltin.

Min hu bhali dilettant ta' l-armar jghid li kellna bzonn is-sena d-diehla ma nibqghux ankrati fejn qeghdin u nkomplu naraw opri godda fl-armar bhal ma konna bdejna naraw. U nlestu darb' ghal dejjem ix-xoghol mibdi. L-ahjar timxi b' Jew Sewwa - Jew Xejn. Irridu nkunu professjonali u fl-istess hin nitghallmu nistennew. Ghandna l' San Guzepp bhala xempju ta' l-istennija.

Bi tmexxija tajba mill-Kumitat, u entuzjazmu attiv mill-partitarji, cert li l-Ghaqda Muzikali San Guzepp se jkollha iktar x'tirrakonta bhal daz-zmien sen' ohra.

Nawguralek tmiem is-sena mill-aqwa, u sena ahjar milli kellek.

Insellimlek!

Il-Kuncert

FL-OKKAZJONI ta' Jum il-Kalkara, l-10 ta' Dicembru, il-Kunsill jorganizza diversi attivitajiet. Tajjeb. Fosthom, ghal dawn l-ahhar snin kien isir marc bejn iz-zewg baned tal-lokal. Biss waqt il-marc, l-attendenza tan-nies dejjem dizastru. Dik hi l-kelma.

Ghalhekk, kien pass ghaqli min-naha ta' kulhadd biex minflok jibda jsir kuncert gewwa sala mill-baned taghna, sena wahda; sena ohra. Bdiet minn din is-sena l-banda Sagra Familja. Dan il-kuncert sar fis-sala ta' l-iskola. Il-post huwa xieraq hafna.

Mario Attard ha hsieb li jkun hemm banda armata, b'solisti tajbin ukoll. Ipprezentaw Lawrence Farrugia u Charlene Cohen. Qatghu figura tajba.

Il-kuncert beda b'nota storika. Sa fejn naf jien, kemm ilhom jezistu l-baned Kalkarizi, is-Surmast ta' banda qatt ma idderiega lill-banda l-ohra wehidha. Dan sehh did-darba, mis-Surmast taghna Jonathan Abela fid-daqq ta' l-innu Gieh lill-Kalkara. L-applaws xeraqlek Mast.

Il-programm kellu muzika varjata tassew u kien hemm solo kwazi f'kull silta. Il-banda esegwiet din il-muzika: Marcia Slava, I Puritani, Puccini in Concert, Granada, Czardas, Bride of the Waves, Il Silenzio, Spanish Trumpet, Gladiator, u Amazing Grace. Biss nahseb li l-iktar silta muzikali li l-banda bbrillat fiha u qalghet l-iktar capcip kienet I Will Follow Him, silta popolari mill-film Sister Act b' Whoopi Goldberg bhala l-attrici principali.

Is-Surmast Ugo Buhagiar ta' prestazzjoni tajba wkoll, u hataf l-okkazjoni biex f' battuti movimentati ikun impekkabli.

Fil-parti ta' l-eghluq indaqqu l-innu tal-banda Sagra Familja u l-Innu Malti. Ippreferejt kieku ndaqq l-innu marc A Sacra Famiglia ta' Lorenzo Gonzi, minflok il-marc kompozizzjoni ta' Ugo Buhagiar. Min fehemni jaf ghaliex. Li kien ghalija dak l-innu dejjem kellu jkun l-innu ta' din il-banda. Hemm hafna ragunijiet fuq hekk.

Is-souvenir programme kellu taghrif tajjeb hafna fuq il-kompozituri u s-siltiet kollha. Biss kellu l-arma tal-banda nieqsa. Din l-arma thalliet barra meta il-programm sar bil-kollaborazzjoni ta' iktar min-naha wahda.

Il-widna tpaxxiet daqskemm iz-zaqq imtliet, nahseb. L-ikel li tqassam fl-intervall donnu ma tantx dam fuq it-trays. Dak il-hin nara persuna jew tnejn, biex ma nghidx iktar, qeghdin fis-seba' sema jiffangaw fl-apetizers u l-inbid, wara li fis-sala qattghu l-isbah siegha joghrku zaqqhom u jiccekkjaw l-arlogg.

Skuzawni, imma ma dawn it-talin, hajta f'ilsieni m'ghandix!

Kollox ma' kollox, l-organizzazzjoni kienet mhux hazin meta tqis li dan ghadu l-bidu. Prosit tassew lil kull min ta sehmu jew ghen mil-ahjar li seta.

Grazzi lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara.

Presepju fil-Mahzen

IL-MAHZEN TAL-FESTA, dak ta' hdejn is-sala tal-Kappillan, rega laqa' fih presepju iehor.

Din id-darba mhuwiex presepju haj, bhal ma sar fl-2005 u fl-2006, izda wiehed differenti ghal kollox, xena artistika tat-twelid tal-Bambin armata permezz ta' xkejjer, polystyrene, fibre, pjanti artificjali, kif ukoll mekkanizmu zghir.

Nghid il-verita, ma stennejtx li se jkun sabih daqshekk. Pero jidher li l-hin twil li qattghu shabna tal-kazin, halla rizultat konvincenti.

Id-drapp kbir li jifred il-presepju mill-bieb ta' barra inissel fik certa kurzita' biex tara x'hemm hemm gew. Zewg dahliet - ghad-dhul u l-hrug jghaqqdu flimkien gewwa ma barra.

Kif issib il-presepju quddiemek, thossok mort elfejn sena lura fiz-zmien. Il-muzika angelika tal-orkestra u l-vucijiet, tkompli zzid fl-atomosfera. Ghajnejk ifittxu l-grotta l-kbira, fejn hemm in-Nattivita'. Il-Madonna, bhala Omm Alla, b'velu abjad jghatti lilha u lit-tarbija fil-maxtura. Missierna San Guzepp hu msieheb maghhom flimkien ma' Angli. Dawn shabna rnexxielhom jaghmlu din il-parti bhala l-ewlenija fost l-ohrajn.

Ir-rghajja nsibuhom fil-widien, fit-tlajja, fl-gherien, resqin bil-mod il-mod lejn l-gharix b'xi rigali ghall-Bambin. Hemm tnejn minnhom donnhom bla interess. In-naghag mhux kollha l-istess - min ifittex x'jiekol, ohrajn mistrihin jew mitlufa fin-nghas.

Ix-xenarju gewwieni juri s-swar u l-belt ta' Beltehem, bil-bini ta' l-epoka kif ukoll wesghat ta' wita. Wied zghir ta' ilma gieri jibqa niezel sewwa sew mill-blat tal-Belt sal-qiegh, fejn iservi ta' ghajn ghall-annimali biex jaqtghu l-ghatx.

Ghalkemm il-lejl hu fl-aqwa tieghu ix-xoghol donnu ma waqafx ghal kulhadd - il-mithna ghadha ddur bil-mod il-mod. Ftit 'il fuq, is-smewwiet hu mimli bi shab bajdani, kif ukoll b'angli jhabbru l-bxara t-tajba. Ghal xi ghasafar, did-darba m'hemmx is-sikta li ggieghlhom imorru fil-bejta, izda qaghdu jpassu flimkien dawra tond.

Haqqhom prosit Ivan Cauchi, Josef Zammit, Brian Grech u Ian Ciantar, li flimkien ma' Josef u missieru Joe Vella, Sandra Grech, Lawrence Zammit u ohrajn hadmu qatigh biex tawna din il-wirja sabiha.

Morru arawha u gibu lil haddiehor maghkom ukoll.

BLOG NEWS

Hbieb,

Mil-lum, biex thallu l-kummenti taghkom tridu tillogjaw b' gmail account. Din id-decizjoni ittiehdet biex kull min jikteb hawn gew jerfa r-responsabilita ta' dak li jikteb.

Grazzi,

Roderick Mizzi
Webmaster